Sentenza sospiża għal ziju li abbuża minn neputija ta' 15-il sena

...quddiem il-Qorti jammetti l-akkużi miġjubin kontrieh...

Raġel ta' 49 sena mill-Isla tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea dalgħodu akkużat b'attentat vjolenti u sesswali fuq tfajla ta' 15-il sena (u li llum għandha kważi 17-il sena). It-tifla in kwistjoni tiġi n-neputija tiegħu.

Il-Qorti semgħet kif dan ir-raġel, iz-ziju tal-vittma, kien joqgħod juri l-filmati pornografiċi f'okkażjonijiet differenti lil din it-tifla, filwaqt li pprova joffendilha l-pudur, minn tal-inqas darba. 

L-akkużat ammetta l-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu. Jidher għall-akkużat kien hemm l-Avukat Christopher Chircop

Fid-dawl tal-fatt li r-raġel ammetta li huwa ħati l-Maġistrat tah sentenza ta' sena ħabs sospiżi għal sena, flimkien ma superviżjoni għal tliet snin. 

 

 

 

 

 

More in Politika