Disa' immigranti mill-Mali, li uħud minnhom kien ilhom jgħixu Malta għal madwar għaxar snin, u li ġew arrestati 90 ġurnata ilu sabiex jiġi deportati lura f'pajjiżhom, se jinħelsu mill-arrest aktar tard illum.
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmel Abela qal li "dan minħabba li m'hemmx indikazzjoni ta' meta se jintbagħtu d-dokumenti tagħhom mill-Mali."
Dawn id-disa' immigranti, kienu l-aħħar fost it-33 ċittadin mill-Mali li fis-16 ta' Novembru li għadda ġew arrestati, bħala parti minn programm tal-UE fejn fih kien sar qbil bejn l-UE u l-Mali, li tingħata għajnuna finanzjarja lill-pajjiż, bil-patt li jintbagħtu lura dawk l-immigranti li ngħatawx l-istat ta' refuġjati f'pajjiżi Ewropej.
Numru ta' NGOs ipprotestaw mal-Gvern, anke permezz ta' ittra ndirizzata lill-Prim Ministru u l-Ministru Carmelo Abela, li ż-żamma taħt arrest tal-immigranti sakemm tittieħed deċiżjoni dwar id-deportazzjoni tagħhom, tmur kontra l-liġijiet internazzjonali u dawk tal-UE.