‘Jekk jien giddieb mhux int tgħidli imma l-poplu fl-elezzjoni Ġenerali’
‘Qed nagħmilha ċara li l-liġi dwar ir-reġistrazzjoni tal-websites m’aħniex se nobduha’
minn John Busuttil

Quddiem eluf li nġarbu fit-toroq tal-Belt f’dimostrazzjoni Nazzjonali msejħa mill-Partit Nazzjonalista kontra n-nuqqas ta’ demokrazija u favur il-liberta, Simon Busuttil wissa lil Muscat, “Mhux se nhalluk tgħalqilna ħalqna. Issa żżejjed...Issa Too Much”
Busuttil semma kif Bhal-lum sena faqqa l-akbar skandlu li biddel l-mod kif inħarsu lejn l-affarijiet. “Għall-ewwel darba miss direttament lil kastilja, iċ-ċentru tal-poter f’pajjiżna. Skandlu li deffes direttament jew indirittament lil Prim Ministru li qatt ma ġrat fl-istorja ta’ pajjiżna. Skandlu li kieku ġara f’pajjiżi oħra sew Konrad Mizzi, kif ukoll Keith Schembri u l-Primi Ministru kienu jtiru.”
Sejjaħ ukoll lil Kummissarju tal-pulizija, pupazz “Ghaliex sena wara ma smajna xejn fuq l-ebda investigazzjoni. Il-Kummissarju hu Pupazz f’idejn il-prim ministru. Iżda nfakkru li Il-paga tieghek minn flusna ġejja u mhux mill-Prim Ministru u trid taghti rendikont lin-nies.” Busuttil qal li gvern immexxi minnu se jinvestuga lil dawn it-tlieta dwar l-iskandlu tal-Panama, “u ngħid lil dawn in-nies, tkun xi tkun, chief of staff, ministru jew prim ministru se tigi investigat.”
“Ser nibqghu nistaqsu ta min hi t-tielet kumpanija? Ta min hi l-Egrant? Illum wahda mill-gazzetti kumbinazzjoni oħroġ il-għaġeb ħarġet aħbar li ċertu konsulent tal-prim ministru Brian Tonna qal li l-Egrant hi tieghu. Dam jaħsibha li hi tiegħu. Imma jien ngħid x’ħasbuhom lin-nies fidili? Injoranti? Possibbli s ejibqgħu jinsulentaw l-intelliġenza tan-nies. Ma jitwemminx Brian Tonna li l-kumpanija hi tiegħu meta hu kien diġa fetaħ waħda f’ismu eżatt kif kien fetaħ il-kumpanniji ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Ngħid li din it-tielet kumpanija li kienet ta xi ħadd daqstant importanti li ismu ma setax jinkiteb. Possibbli li isem Konrad Mizzi u Keith Schembri seta jinkiteb u ta Brian Tonna ismu ma setax jinkiteb. X’ħasbuna? Ħasbuna fidili u mzazen li nibilgħu kollox.”
Hawnhekk wieġeb dak li qallu Muscat filgħodu li hu giddieb, “Jekk jien giddieb mhux int tgħidha iżda l-poplu Malti u Għawdxi u jien inbaxxi rasi għalihom fl-elezzjoni.”

Tkellem dwar il-kuntratt li qal jidher li nkiteb meta ma kienx hawn dawl għax kien kollu iswed, “Il-wegħda tiegħi hi ċara li gvern immexxi minni se jixtri l-elettriku fejn hu l-orħos u tista tagħmel kuntratti għax nixtri minfejn hu l-irħas.” Semma wkoll kliem l-Amerikan John McCain fejn il-bieraħ qal, “ L-ewwel sinjal ta dittatur meta tagħlaq l-liberta tal-espressjoni “. U hawn mar għal dak li ġara f’dawn l-aħħar jiem meta l-Ministru Cardona għamel mandat ta’ sekwestru ġurnalista, “Dan hu gvern li meta jsib ruħu mal-ħajt jattakka u għalhekk jattakkaw sfaċċatment b’mod mill-aktar kattiv u giddieb lilna l-oppożizzjoni, lil partit u lil kollegi tiegħi. Ipokrizija meta d-deputy leader fetah mandat ta sekwestru u fl-istess waqt jghidu li se jagħmlu liġi biex ineħħu l-mandat ta’ sekwestru.”

Appella liż-żgħażagħ biex joħorġu kontra l-liġi proposta mill-gvern li kulħadd riid jirreġistra l-websites tiegħu, “Aħna ma naqblux ma’ din il-liġi li jekk tgħaddi se nagħmilha ċara li din il-liġi m’aħniex se nobduha.”
Il_kap tal-oppożizzjoni temm id-diskors tiegħu li Jekk hemm bżonn “nerġgħu ninżlu fit-toroq u nerġgħu ninżlu sa ma nwasslu l-messaġġ li l-pajjiż jerġa jkun tal-poplu kollu.”


