Anke ż-żgħażagħ jemmnu li għandha tiżdied il-paga minima...

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ flimkien mal-għaqdiet fi ħdan il-Kunsill qed isostnu li l-paga minima għandha tiżdied

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-għaqdiet tiegħu jaqblu li l-paga minima għandha tiżdied. Il-KNŻ u l-għaqdiet fi ħdan il-Kunsill jirrikomandaw li ż-żieda fil-paga għall-ewwel ħames snin għandha titħallas mill-gvern. Dan ħalli din iż-żieda ma taffettwax b’mod negattiv lil min iħaddem. Hekk kif jgħaddu l-ħames snin, il-privat għandu jipprovdi d-differenza bejn il-paga attwali u żieda li jkun hemm bżonn. Dan għandu jsir sabiex jgħin lil min jimpjega jaddatta ruħu għal din iż-żieda.

Il-Kunsill iħeġġeġ ukoll lill-Unions, lil min iħaddem u l-gvern sabiex jirdoppjaw l-isforzi tagħhom sabiex jaslu għal ftehiem fuq b’kemm għandha tgħola l-paga minima

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ flimkien mal-għaqdiet tiegħu għalhekk qiegħed jingħaqad ma' għaqdiet l-oħra, attivisti u partiti politiċi li qed jitolbu għal żieda fil-paga minima biex din tirrifletti iktar il-ħajja tal-lum u biex b'hekk kulħadd jieħu ħlas xieraq għax-xogħol li jagħmel.

More in Politika