Cassola jfakkar li fix-Xemxija-Manikata jgħaddi l-unika ilma ġieri mhux kontaminat f'Malta

Arnold Cassola jgħid illi dak li qal Joseph Mujscat dwar il-mina jikkonferma dak li ilha tgħid l-AD dwar mina bejn Malta u Għawdex

Iż-żona tal-Pwales fix-Xemxija
Iż-żona tal-Pwales fix-Xemxija

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola qal illi dak li qal il-Prim Ministru lbieraħ waqt l-attività 'Gvern li Jismà' fir-rigward tal-proposta għal mina bejn il-gżejjer 'jikkonferma dak li ilha tgħid l-AD għal ħafna snin.' 

Kliem Muscat ilbieraħ f'Għawdex kien illi ħadd m'għandu jistenna li l-mina tibda fiċ-Ċirkewwa u tispiċċa fl-Imġarr u li probabilment mina jkollha tibda minn ximkien bħax-Xemxija, bil-post fejn tiżbokka l-mina jkun aktar 'l ġewwa mill-Imġarr, Għawdex. 

Cassola, qal illi Muscat  tkellem dwar mina ta' 10 Km bi spiża kbira u li tistrieħ fuq studji ġeoloġiċi, "imma ma qalx illi ż-żona tax-Xemxija-Manikata, huma l-uniċi żoni f'Malta fejn hemm ilma ġieri mhux kontaminat. ma nistgħux nħammġu l-unika sors ta' ilma pur billi nħaffru fiż-żona." 

 

 

 

More in Politika