L-Isptar Mater Dei b’attivitajiet biex aktar persuni jagħmlu eżerċizzju

L-Isptar Mater Dei se jkun qed jorganizza health and fitness day bl-għan li kemm l-impjegati fl-istess sptar, kif ukoll il-pubbliku ġenerali, jiġu mħeġġa jagħmlu aktar eżerċizzju

Nhar il-Ħadd 9 ta’ April, għat-tielet sena konsekuttiva, l-Isptar Mater Dei se jkun qed jorganizza health and fitness day bl-għan li kemm l-impjegati fl-istess sptar, kif ukoll il-pubbliku ġenerali, jiġu mħeġġa jagħmlu aktar eżerċizzju.

L-attivitajiet jinkludu ġirja ta’ 5 km u ġirja oħra ta’ 3 km, mixja ta’ 5 km, u sessjonijiet ta’ zumba. L-attivitajiet qed ikunu organizzati mill-Employee Health and Well Being Unit tal-Isptar Mater Dei. Din l-inizjattiva se tkun miftuħa kemm għall-impjegati kollha tal-Isptar Mater Dei kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

Waqt li ħabbar din l-inizjattiva, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rringrazzja lill-Employee Health and Well Being Unit għall-ħidma tagħhom u l-inizjattivi li jorganizzaw. “L-eżempju tajjeb għandu propju jibda minn dan l-isptar. Ilkoll nafu li perjodu ta’ attività fiżika kuljum jagħmel ġid kbir għas-saħħa tagħna. Għaldaqstant għandna nkunu proattivi u mhux biss nieħdu sehem f’aktar attivitajiet li jippromwovu stil ta’ ħajja sana, iżda għandna nkunu aħna stess li norganizzaw aktar minn dawn l-attivitajiet,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

More in Politika