Trakk instaq fuq in-nies fi triq fiċ-ċentru ta' Stokkolma, fl-Isvezja. Il-Pulizija s'issa rrapporta li hemm tal-inqas tliet persuni mejta s'issa u numru ta' oħrajn midruba. il-Pulizija mhux jeskludu li dan ma kienx inċident iżda attakk terroristiku u diġà ġiet arrestata persuna. S'issa għadhom ma ngħatawx dettalji fuq l-identità tal-persuna arrestata.
Il-kumpanija tal-birra 'Spendrups' sidien tat-trakk ikkomfermat li dan kien insteraq aktar kmieni dalgħodu, waqt li kien fi triqtu jqassam ix-xogħol f'xi ristoranti.
L-inċident seħħ ftit qabel it-15:00, f'Drottninggatan (Queen Street), waħda mill-ikbar toroq pedonali fiż-żona. Minn xhieda ta' nies li kienu fuq il-post s'issa ġie rrappurtat li dehru numru ta' nies mejta fit-triq wara li t-trakk saq għal fuq dawk li kienu mixjin f'dan iċ-ċentru kummerċjali, qabel ma ħabat ma' faċċata ta' ħanut u waqaf.
Jinhad li nstemgħu ukoll xi tiri t'arma tan-nar f'parti oħra tal-Belt.
Aktar dettalji 'l quddiem