Robert Musumeci Perit, Avukat u eks Sindku tas-Siġġiewi mal-Partit Nazzjonalista indika li jista jkun li se jikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Laburista.
Dan mhekk kif fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu kiteb li temm il-programm tiegħu fuq l-RTK wara 10 snin fejn kien jagħti pariri bħala perit skont deċiżjoni tal-Management il-ġdid tal-RTK.
Fuq il-facebook tiegħu kiteb li jifhem id-deċiżjoni tal-management "meta ninsabu sena biss bogħod mill-elezzjoni ġenerali." Wieħed jistaqsi jekk Robert Musumeci mhux kandidat ma' xi partit għaliex kellu jitwaqqaf minħabba l-elezzjoni.
Sadattant jidher ukoll li anke l-ġurnalist Jesmond Saliba li hu eks-communications officer mal-eks Minitsru Austin Gatt ukoll waqaf mill-programm tiegħu fuq l-RTK, Newsdesk. Din ukoll tista' tkun indikazzjoni li anke Saliba jista jkun illi se jidher bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni Ġenerali. Saliba qal biss li hu waqaf minn dan il-programm minħabba l-impenji li għandu.