Muscat : Il-mina se tkun lesta sal-2024

Il-PM u Mexxej Laburista jgħid li m'hemmx dubji illi l-proġett ta' min se jsir u se jieħu mat-tmien snin

L-ILLUM kienet żvelat il-pjani tal-Gvern dwar il-mina...Busuttil jgħid li l-Gvern ħela tliet snin
L-ILLUM kienet żvelat il-pjani tal-Gvern dwar il-mina...Busuttil jgħid li l-Gvern ħela tliet snin

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi jekk kollox imur skont il-pjan il-mina bejn Malta u Għawdex tkun lesta fiż-żmien seba’ jew tmien snin, jiġifieri sal-2024. Dan qalu meta kien qed jitkellem f’konferenza illi matulha l-PM u Mexxej Laburista tkellem dwar ir-rapport tal-impatt soċjali għall-istess proġett li ilu jissemma miż-żewġ partiti għal ħafna snin.

Muscat insista li l-Gvern jinsab kommess li l-proġett isir u għalhekk għamel l-istudji kollha neċessarji.   Il-PM fakkar kif fl-2015 intlaħaq ftehim bejn Transport Malta u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija biex isir studju ekonomiku dwar il-proġett. Muscat fakkar illi dan ir-rapport kien wera kif l-għażla tal-mina, minflok għażliet oħrajn.   

F’Jannar 2016 esperti Norveġiżi kienu kkummissjonati biex jipprovdu pariri tekniċi filwaqt li saru laqgħat mal-ERA u l-Awtorità tal-Ippjanar biex jantiċipa l-applikazzjonijiet li għad iridu jintefgħu.

 

More in Politika