Minkejja li kien deċiż li ma jikkontestax l-elezzjoni jidher li l-aħħar żviluppi politiċi biddlu l-ħsieb ta' Jeffrey Pullicino Orlando, eks Deputat Nazzjonalista u llum Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Pullicino Orlando se jkun qed jikkontesta s-seba' distrett, li jinkludi Ħaż Żebbuġ, il-lokalità fejn Pullicino Orlando huwa l-aktar popolari.
Pullicino Orlando spiċċa ħażin mill-PN, speċjalment wara li ressaq Private Members Bill biex f'Malta jkun introdott id-divorzju. Pullicino Orlando illum huwa kritiku ħafna tat-tnexxija tal-PN, speċjalment ta' Simon Busuttil u Richard Cachia Caruana