Każ Egrant: Il-Maġistrat bir-rapporti kollha tal-FIAU f’idejh

  • Il-provi dwar l-allegazzjoni Egrant inġabru kollha
  • Mhux magħruf jekk l-ezitu tal-inkjesta hux se jkun pubbliku sal-elezzjoni

Il-provi dwar l-allegazzjoni kontra Michelle kollha għand il-Maġistrat
Il-provi dwar l-allegazzjoni kontra Michelle kollha għand il-Maġistrat

Ir-rapporti kollha tal-FIAU marbuta mal-każ ta’ Egrant u Keith Schembri u Brian Tonna jinsabu kollha f’idejn il-Maġistrat Aaron Bugeja, li qed imexxi l-inkjesta li għandha tistabbilixxi jekk mart il-PM Michelle Muscat hijiex verament is-sid tal-kumpanija Egrant u jekk hux minnu, kif allegat il-blogger Daphne Caruana Galizia, li minn dan il-kont għaddew $1 miljun minn kont fl-Ażerbajġan.

Din il-gazzetta tista’ tiżvela li l-ewwel rapport li kien ġie ppubblikat f’gazzetti lokali u li ġew attribwiti għal sors fl-MFSA, kienu jindirizzaw l-ilmenti tal-whistleblower Russa li marret għand l-FIAU wara li kienet ħadmet għal xahrejn mal-bank Pilatus qabel tkeċċiet. Din il-gazzetta tista’ tiżvela wkoll li r-rapport ta’ disa’ paġni kien qed jitlob lill-istess bank biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu fuq diversi aspetti wara l-allegazzjonijiet tal-persuna Russa. Fil-fatt, minkejja li kien ippubblikat dan ir-rapport ta’ compliance, il-kumplament tar-rapporti u konklużjonijiet dwar il-Bank Pilatus, liema rapporti saru minn ditta ta’ awdituri u anke avukati, ma kienux ppubblikati fuq is-Sunday Times jew il-malta Independent.

Dawn ir-rapporti issa qegħdin għand il-Maġistrat inkwerenti. Minkejja li jidher li nġabru l-provi kollha dwar l-allegazzjoni fil-konfront ta’ Michelle Muscat mhux magħruf jekk il-Maġistrat hux se jippubblika r-rapport qabel id-data tal-elezzjoni. 

More in Politika