Busuttil jwiegħed li jintroduċi liġijiet stretti għaż-żamma ta' annimali eżotiċi

..... il-PN iwaqqaf krematorju għall-annimali domestiċi ...

Il-PN iwiegħed liġijiet fuq annimali domestiċi
Il-PN iwiegħed liġijiet fuq annimali domestiċi

"Il-Partit Nazzjonalista jemmen li t-titjib fil-kwalità tal-ħajja ifisser li nieħdu ħsieb b’mod serju tal-annimali. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt xandira fuq Net Televison 

Simon Busuttil qal li eluf ta’ familji Maltin iħobbu l-annimali u juru dedikazzjoni għalihom, tant li ħafna jqisu l-pets bħala membri tal-familja. Huwa qal li Gvern ġdid Nazzjonalista se jħares il-benesseri tal-annimali u, wara konsultazzjoni ma’ diversi għaqdiet u persuni speċjaliżżati, qiegħed iħabbar proposti nnovattivi f’dan il-qasam. Għalhekk il-PN ħabbar lista ta' inċentivi għall-anninmali. Fost dawn Gvern Nazzjonalista qed jipproponi għajnuna lis-santwarji tal-annimali billi jalloka fondi fil-budget ta’ kull sena għas-santwarji u għax-shelters tal-annimali filwaqt li jiżdiedu r-riżorsi għal-linja 1718 li tieħu ħsieb tiġbor l-annimali mejtin.

Gvern ġdid Nazzjonalista, kompla jgħid Busuttil se jwaqqaf ċimiterju u krematorju għall-annimali domestiċi, qal Simon Busuttil. Huwa qal li dan jiżgura li b’hekk meta l-annimali jmutu, l-familji jkollhom l-opportunità li jidfnuhom b’dinjità.

Gvern ġdid Nazzjonalista, qal Simon Busuttil, se jintroduċi liġijiet ċari u stretti fuq iż-żamma ta’ annimali eżotiċi li, minħabba l-ħtiġijiet partikolari tagħhom, wieħed irid joqgħod aktar attent fil-każ tagħhom. Fil-fatt xi ħaġa fuq din il-linja diġa kienet ippjanata mill-Gvern preżenti

 

More in Politika