Il-Gvern u l-MAM laħqu ftehim mal-Vitals Global Healthcare. Jiġifieri l-konsorzju se jaħdem bħala sieħeb mal-Gvern fl-Isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Ftehim minnhom huwa dwar public-private partnership ma’ Vitals Global Healthcare. L-impjegati ta’ Karin Grech, St Luke’s u l-Isptar t’Għawdex se jibqgħu kollha impjegati mal-Gvern, bil-benefiċċji kollha li dan iġib miegħu. Se jkun hemm reklutaġġ ta’ tobba, filwaqt li ntlaħaq qbil ukoll fuq it-tagħlim mediku permezz ta’ Barts.
Tobba fil-kategoriji kollha se jkunu qed jibbenefikaw għax se jkun hemm għarfien ahjar tas-sezzjonijiet differenti tat-tobba u se jkun hemm level playing field. Il-ftehim qed jespandi l-kunċett ta’ sessions, jiġifieri jaħdmu ħinijiet skont sessjonijiet fuq perjodi ta’ sena sena mal-pazjent.
Il-Gvern u l-MAM qed jaqblu wkoll li l-klawsoli kollha tal-patient charter ikunu implimentati. Dan peress li f’Settembru se titnieda strateġija tas-saħħa diġitali, u ftehim importanti dwar l-informatika, għal servizz aħjar. Kollox se jidħol fis-seħħ b’mod immedjat.