€210,000 f’interessi apparti l-€5 miljuni lill-klijenti ta’ Busuttil

Il-memo lill-kabinett ta' Gonzi turi kif il-PwC kienet ipproponiet kumpens ta’ bejn €4.6 u €6.5 miljun lil kabinett tal-PN

Il-kumpanija Shell ingħatat kumpens ta' €5 miljuni u €210,000 interessi ftit qabel l-elezzjoni tal-2013
Il-kumpanija Shell ingħatat kumpens ta' €5 miljuni u €210,000 interessi ftit qabel l-elezzjoni tal-2013

Dan is-sit jista’ jiżvela kif memo lill-membri tal-kabinett Nazzjonalista fit-30 ta’ Diċembru 2012 juri kif il-klijenti ta’ Simon Busuttil, il-kumpanija Shell rappreżentata mill-aġent tagħha Attard Services Ltd.  Apparti l-ammont totali ta’ €5 miljuni li kienet ħadet bħala arranġament barra l-Qorti kienu wkoll tħallsu €210,000 f’interessi.

L-aġenti li kienu ilhom jistennew mad-disa’ snin u li kellhom bħala avukat lil Simon Busuttil li fiż-żmien li ntbagħat il-memo kien ukoll Viċi Kap tal-PN, tħallsu l-kumpens totali ta’ €5 miljuni, li jitħallas fuq medda ta’ 3 snin, wara ħlas inizzjali ta’ €2 miljuni. Sussegwentement il-Gvern intrabat li jħallas €1 miljun u €70,000 f’interessi kull sena.

Dan ifisser illi b’kollox din il-kumpanija rċiviet is-somma totali ta’ €5.21 miljun. Din il-gazzetta tista’ tiżvela wkoll kif skont kalkolu li sar mill-kumpanija minn PricewaterHouseCoopers (PwC) il-kumpens kellu jvarja bejn l-€4.6 miljun u s-€6.5miljun.

Din il-kwistjoni tqajmet mill-ġdid mill-Prim Ministru fuq il-programm Xarabank illi fakkar ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien l-avukat ta’ din il-kumpanija li kienet ilha tistenna l-Qorti disa’ snin sħaħ ta’ ilmenti mill-istess kumpanija. Il-PM fakkar kif din id-deċiżjoni ttieħdet biss ftit qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013 u li minnha lbieraħ ukoll implika li Busuttil ħa ‘mijiet ta’ eluf’ ta’ flus f’kummissjonijiet.

Il-kwistjoni kollha, oriġinarjament kienet żvelata fuq il-gazzetta Maltatoday illi f’rapport nhar it-8 ta’ April 2013 li rrapurtat ukoll kif dan il-qbil kien sar ftit jiem biss wara li l-istess gazzetta ppubblikat dokumenti li juru kif Trafigura kien ħallset kummissjonijiet lill-Konsulent fl-Enemalta u l-Kap Eżekuttiv  tal-Malta Oil Bunkering Corportaion (MOBC) Frank Sammut għas-supplixximent taż-żejt lill-Enemalta.

Minkejja dan, f’risposta li kien ta lill-gazzetta Maltatoday Simon Busuttil sostna li hu qatt ma rrapreżenta lill-klijenti tiegħu f’diskussjonijiet dwar kumpens u inqas u inqas f’ammont ta’ flus li l-istess klijent bħala kumpens.

F’risposta ppubblikata nhar is-7 ta’ Novembru 2015 Busuttil kien qal hekk: “I did not represent the clients in the legal proceedings for damages that followed in court, still less was I involved in the out-of-court settlement. This too can be established from the legal acts.

Busuttil kien sostna illi dan il-każ ma kellu x’jaqsam xejn mal-każ taż-żejt hekk kif dan kien relatat strettament mas-suq tax-xiri tal-fjuwil għall-avjazzjoni.

More in Politika