Meta kien qed jitkellem f'mass rally il-Mexxej Laburista u PM Joseph Muscat reġa tenna li l-PL għandu pjan ċar ui konkret li permezz tiegħu "se noħolqu aktar ġid, aktar investiment u aktar xogħol. U fejn ħaddieħor ibeżża’, aħna nagħtu t-tama,” sostna Muscat.
“Ilhom ġimgħa sħiħa jgħidu li l-oqsma finanzjarji u tal-gaming jistgħu jkollhom problemi jekk jitla’ Gvern Laburista. Dawn huma l-istess nies li qalulna li l-Labour won’t work. L-istess nies li qalu li Muscat se jiffriża l-paga minima u minflok konna l-ewwel Gvern fi 30 sena li żidnieha. L-istess nies li qalu li se mmorru għal bailout u minflok għamilna surplus ta’ €120.”
“Illum ħarġet l-istatistika, fl-ewwel xhur kumpaniji żdiedu b’33% in-numru ta’ kumpaniji fil-qasam tas-servizzi.” F’dan il-punt huwa ħabbar illi fil-ġranet li għaddew saret applikazzjoni formali biex kumpanija tal-gaming tiftaħ fil-pajjiż. “ Mhux talli l-investiment qed jitlaq talli qed jiġi anke issa u min qed jaħseb li waqafna hawn qed jiżbalja. Mhux se nieqfu inġibu x-xogħol għal pajjiżna. “
“Il-prinċipju tagħna,” kompla jgħid Muscat,” hija Malta l-ewwel u qabel kollox, ara ħaddieħor irid pajjiż Labour proof, jiġifieri kull min għandu x’jaqsam mal-Partit Laburista m’għandux effett, lili jrid jitfgħani l-ħabs. Imbagħad idur fuq kull wieħed u waħda biex ipattieha.
Muscat qal li l-PN qed jipprova jirbaħ bil-qerq u l-gideb, filwaqt li reġa sfida lil Simon Busuttil biex iġorr responsabilità jekk jirriżulta li l-allegazzjoni dwar Egrant hija gidba.
Muscat reġa elenka lista ta’ wegħdi li saru mill-Partit Laburista u fakkar li hu dejjem żamm il-wegħdiet.
“Jiddependi minna ddestin tal-pajjiż, ejja naraw li ma nieqfux nofs triq, jien qalbi qawwija li dan il-pajjiż iwieġeb għal din is-sejħa.”