Iż-żewġ Viċi Kapijiet tal-PN Beppe Fenech Adami u Mario de Marco kkonċedew it-telfa tal-Partit Nazzjonalista, illi jidher illi sofra telfa qrib ħafna ta' dik li sofra fl-2013.
Beppe Fenech Adami kkonċeda t-telfa tal-PN u r-rebħa tal-PL filwaqt li De Marco sostna illi filwaqt li l-PN irid jirrikonoxxi din it-telkfa dan ma jfissirx illi l-kwistjonijiet ta' governanza m'għadhomx importanti. "L-appell tiegħi," kompla jgħid De Marco "huwa għall-kalma u maturita."
Intant ir-rebħa tal-Partit Laburista hija waħda kbira ħafna bl-ewwel indikazzjonijiet juru illi dan jaqbeż it-30,000 u jqarreb sew l-34,000. Il-PL huwa mifhum li kiseb mal-54% tal-voti popolari,