Il-Labour ikaxkar fl-ewwel seba' distretti...u jibqa' sod f'Għawdex u t-12-il distrett

Jidher li l-Partit Laburista se jkun qed  jagħmel rebħiet kbar fl-ewwel seba' distretti...u jagħti kedda lill-PN fuq Għawdex u t-12-il distrett

L-ewwel indikazzjonijiet miċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar huwa li l-Partit Laburista se jkun qed jagħmel rebħa kbira ħafna fid-distretti kollha tan-naħa t'isfel tal-pajjiż. 

Apparti t-tieni ditsrett, li huwa fortizza Laburista, l-PL jidher li kiseb riżultat tajjeb ħafna fuq ir-raba' distrett fejn hemm tellieqa bejn Chris Fearne u Konrad Mizzi. Il-PL jidher li qed jikseb riżultati tajbin ukoll fis-seba' distrett u anke fl-ewwel distrett li minkejja li ġeneralment jilgħab fil-voti, din id-darba l-PL kiseb maġġoranza assoluta u mistenni jtella' t-tielet siġġu. 

Apparti dan iżda, l-PL jidher li kiel ukoll mill-maġġoranzi li tradizzjonalment kellu l-PN fit-tnax u 13-il distrett. Fil-fatt, is-sitwazzjoni fuq dawn id-distretti tradizzjonalment Nazzjonalisti hija waħda qrib ħafna, bil-PN u l-PL jilagħbu għall-maġġoranza. 

More in Politika