Wiċċ ġdid u femminili fil-Parlament: Il-Qormija Rosianne Cutajar eletta

..iktar kmieni kienu eletti ukoll Edward Zammit Lewis u Glenn Bedingfield, ukoll fil-Parlament għall-ewwel darba

Rosianne Cutajar, eletta Deputat Parlamentari ġdid
Rosianne Cutajar, eletta Deputat Parlamentari ġdid

Il-Parlament se jkollu wiċċ ġdid u femminili ieħor, hekk kif il-Qormija Rosianne Cutajar se tkun eletta mis-sitt Distrett minn fejn id-Deputat Silvio Schembri ċeda siġġu hekk kif kien elett minn żewġ distretti. Cutajar kienet Sindku ta' Ħal Qormi u din kienet l-ewwel elezzjoni tagħha. Cutajar se tingħaqad għalhekk mal-grupp Parlamentari Laburista u nhar is-Sibt tidħol fil-Parlament Malti mal-ftuħ tiegħu.

Cutajar kisbet 1,934 vot mis-sitt Distrett, li minnu kienu eletti Silvio Schembri (3,950), Robert Abela (3.403) u Roderick Galdes (2,757).

Iktar kmieni matul il-jum kienu eletti fil-Parlament ukoll Glenn Bedingfield, għall-ewwel darba, filwaqt li kien elett ukoll Edward Zammit Lewis l-eks Ministru tat-Turiżmu. 

Intant, għadu kif kien elett it-tieni eks Ministru li ma kienx elett mal-ewwel count, Manwel Mallia mid-Disa' Distrett.

More in Politika