Stefan Zrinzo Azzopardi għadu kif kien elett, biex se jkun wiċċ ieħor 'ġdid' fil-Parlament li se jerġa jitlaqqa' nhar is-Sibt li ġej. Minkejja li se jkun wiċċ ġdid għall-Parlament, Zrinzo Azzopardi ilu għal dawn l-aħħar snin jimmilita fil-Partit Laburista, fejn kien ukoll President għal xi snin. Zrinzo Azzopardi kien ikkontesta l-elezzjoni għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-PL u kien ħabbatha sew ma' Owen Bonnici, biex spiċċa ħareġ mit-tiġrija mal-ewwel rawnd.
sal-aħħar leġiżlatura Zrinzo Azzopardi, kien ukoll iċ-Chairman tal-Grand Harbour Regeneration Project, li qed tmexxi diversi proġetti importanti fl-inħawi tal-Belt u l-madwar fosthom fuq Pjazza Tritoni.