Elezzjoni Deputat Mexxej PL | Tiġrija bejn tlieta

Tliet Ministri se jikkontestaw il-kariga li twassalhom biex ikunu Deputat Prim Ministru...nhar il-Ħadd il-gazzetta ILLUM bl-ewwel intervista

It-tliet Ministri li jridu jsiru Deputat Prim Ministru..
It-tliet Ministri li jridu jsiru Deputat Prim Ministru..

Huma tlieta l-Ministri li se jkunu qed itellqu fit-tiġrija għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, li anke jekk hija kariga tal-partit xorta marbuta mat-tmexxija tal-pajjiż, hekk kif il-persuna eletta awtomatikament tinħatar Deputat Prim Ministru. B'hekk il-persuna magħżula issir it-tieni l-aktar persuna importanti fil-Gvern wara Joseph Muscat

It-tliet Ministri li se jkunu qed jibbattaljaw għall-vot tad-delegati Laburisti huma Chris Fearne, Helena Dalli u Edward Scicluna. It-tliet Ministri kisbu suċċess u kienu meqjusin bħala wħud mill-aktar Ministri kompetenti fl-ewwel Leġiżlatura Laburista.

Scicluna kien wieħed mill-aktar Ministri prominenti waqt il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista u bħala Ministru tal-Finanzi kien kreditat b'diversi tragwardi tal-Gvern, fosthom surplus fil-finanzi tal-pajjiż għall-ewwel darba fi snin. Ferane ukoll kien u għadu meqjus bħala Ministru kompetenti fil-qasam tas-saħħa u wieħed mill-inqas Ministri kritikati. Hu kien l-aktar Ministru popolari skont sondaġġ li sar mill-Maltatoday u fl-aħħar elezzjoni kiseb aktar minn 10,000 vot biex kien l-aktar kandidat popolari wara ż-żewġ mexxejja politiċi.

Il-kisbiet ta' Dalli, marbutin mad-drittijiet ċivili, naturalment  jibqgħu fost l-aktar kisbiet importanti li għamel Gvern Laburista fl-ewwel leġiżlatura tiegħu u parti mir-raġuni għalfejn ħafna mill-vot 'liberali' baqa' jew resaq aktar lejn il-PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali. 

 

More in Politika