Wara snin ta' wegħdi...beda x-xogħol fuq il-villaġġ tal-karnival
...il-villaġġ se joffri spazju għad-dilettanti kollha li jlaħħqu il-mijiet
More in Politika
...il-villaġġ se joffri spazju għad-dilettanti kollha li jlaħħqu il-mijiet
Ix-xogħol tal-proġett tal-Karnival beda kif imwiegħed, ħabbar il-Ministru Owen Bonnici waqt il-preżentazzjoni ta’ premjijiet lill-parteċipanti tal-Karnival ta’ din is-sena. Filwaqt li diġà ngħataw żewġ tenders għall-eskavazzjoni u għat-twaqqigħ tal-bini eżistenti, issa jmiss li jiġi ppubblikat it-tender għall-kostruzzjoni biex ikun jista’ jibda l-bini tas-sit li fih se jsir il-proġett, kompla jgħid il-Ministru.
Dan il-proġett tant mistenni mid-dilettanti tal-Karnival se jgħin biex il-parteċipanti jkollhom aktar spazju fejn jaħdmu, kif ukoll biex dawk involuti – flimkien mal-Ministeru – jsaħħu l-prodott kulturali u tradizzjonali tal-Karnival li ilu f’pajjiżna s-snin. Il-proġett se jagħti spinta qawwija biex il-Karnival isir ukoll attrazzjoni turistika, spjega l-Ministru Bonnici, filwaqt li rringrazzja lill-parteċipanti kollha li taw sehemhom fil-Karnival, u li kull sena jiddedikaw ħinhom biex jittella’ dan l-ispettaklu ta’ kuluri.
Il-Ministru Owen Bonnici faħħar il-parteċipazzjoni żagħżugħa f’dan l-appuntament tant mistenni fil-kalendarju kulturali, u fakkar fis-sagrifiċċju li jagħmlu dawk involuti li jibdew bil-preparazzjonijiet għas-sena ta’ wara, proprju mill-għada li jkun intemm dan l-avveniment.