Fl-2017 tħawwlu 8,000 siġra f'inizjattivi ta' afforestazzjoni

Transport Malta ser tkun qiegħda tagħmel tajjeb għal 300 siġra sabiex jikkumpensaw għas-siġar li nqalgħu mill-junction ta’ Ħal Lija

8,000 siġra ġdida fl-2017
8,000 siġra ġdida fl-2017

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima ħabbar illi matul din is-sena, permezz t’inizjattiva nazzjonali t’afforestazjoni, ser ikunu ġew imħawla ’l fuq minn 8,000 siġra.

“Kif dejjem sħaqt, dan il-Gvern jgħaraf l-importanza ta’ tħawwil t’aktar siġar madwar pajjiżna, sabiex inkomplu ntejbu l-ambjent ta’ madwarna,” tenna l-Ministru José Herrera waqt li rringrazzja lid-Direttorat tal-PARKS għal ħidma intensiva sabiex isibu siti addattati għal din l-inizjattiva.

Dawn is-siġar indiġeni qegħdin ikunu imħawla f’numru ta’ siti inkluż f’Wied Blandun, is-Swatar, Marsaxlokk, Baħar iċ-Ċagħaq u Kemmuna fejn f’Kemmuna biss ser jitħawwlu madwar 3,600 siġra. Il-Ministru Herrera ħabbar ukoll illi hekk kif kien imwiegħed ftit tal-ġranet ilu, Transport Malta ser tkun qiegħda tagħmel tajjeb għal 300 siġra sabiex jikkumpensaw għas-siġar li nqalgħu mill-junction ta’ Ħal Lija.

Il-Ministru Herrera talab ukoll għall-koperazzjoni mill-pubbliku, fejn tenna li dawn il-widien huma l-pulmun ta’ pajjiżna u jeħtieġ illi nibżgħu għalihom. Sostna wkoll illi l-Ministeru għaddej bi pjan sabiex jissaħħah l-infurzar ambjentali. 

More in Politika