L-Aditus titlob għar-riżenja ta' bint Herrera minn Kummissarju tal-Ġustizzja

Il-Ministru Bonnici jfakkar illi l-irwol tagħha huwa li tiddeċiedi każi li fihom persuna ma tkunx trid tħallas ċitazzjoni bi ħlas ta' €11,000 

Martina Herrera
Martina Herrera

Aditus esprimiet dak li sejħet bħala 'inkwiet serju' għall-fatt li kienet appuntata bħala Kummissarju tal-Ġustizzja Martina Herrera, bint il-Ministru Josè Herrera. Il-ħatra tagħha hija, skont Aditus, "assalt fuq id-demokrazija u kuntrast mal-wegħda tal-Gvern ta' meritokrazija fl-aħħar żewġ kampanji elettorali." 

Aditus iddeskrivew din il-mossa bħala "diżrispett bla mistħija lejn is-sistema ġudizzjarja ta' Malta", inkluż kontra dawk in-nies kollha li jaħdmu fiha jew imissu magħha. "Pajjiżna jixraqlu aħjar," sostniet Aditus li qalet illi Gvernijiet suċċessivi trasformaw aġenziji differenti f'każini politiċi.

L-għaqda appellat biex Herrera "b'rispett lejn is-sistema legali u lejn il-kollegi fil-qasam tal-ġustizzja u lejn il-valur intrinsiku tal-ġustizzja tirreżenja mill-irwol tagħha ta' Kummissarju.

Intant il-Ministru Owen Bonnici ukoll ireaġixxa u qal illi l-irwol ta' Kummissarju tal-Ġustizzja huwa li essenzjalment tiddeċiedi l-każijiet fejn fihom persuna ma taqbilx li thallas ċitazzjoni mogħtija minn warden (gwardjan lokali).
"Dan ir-rwol m'huwiex parti mill-Ġudikatura, tant li l-ligi tgħid li wieħed lanqas biss hemm bzonn li jkun avukat biex iservi f'dan ir-rwol.
Ta' dan ir-rwol wiehed jithallas €11,600 fis-sena ta' 200 seduta."

"F'dan il-kaz jien ħtart Avukata żgħazugħa u gradwata li ġejjin ħtart jew irrikonfermajt fir-rwol ta' Kummissarju tal-Ġustizzja l-mara ta' politiku prominenti tal-Partit Nazzjonalista,hemmhekk Dr Busuttil ma ħariġx jikkritikani."

More in Politika