Perici Calasione jgħid li l-ittra anonima kontrieh ġejja min 'id moħbija'

....jgħid li minkejja l-kliem ta' 'Mod ġdid' l-ittra kontrieh hija 'l-agħar forma ta' politika'

Alex Perici Calascione barra d-Dar Ċentrali
Alex Perici Calascione barra d-Dar Ċentrali

Hu u ħiereġ mid-Dar Ċentrali Alex Perici Calascione, kandidat għall-Kariga ta’ Kap tal-PN sostna li l-ittra anonima fil-konfront tiegħu hija “l-agħar forma ta’ politika skaduta, minkejja il-kliem ta’ mod ġdid u frisk.”

Minkejja li l-ġurnalisti preżenti staqsew jekk hux qed jirreferi għal Delia, li bħala slogan għall-kampanja tiegħu għandu ‘Mod ġdid’ Perici Calscione ċaħad illi hu b’xi mod qed jirreferi għal xi ħadd mill-kandidati l-oħrajn. “Lanqas irrid naħseb illi huwa Adrian Delia,” sostna Perici Calascione meta kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti. 

Il-kandidat għall-kariga saħaq illi huwa iddivesta lilu innifsu minn kull rabta mal-kumpanija Future Investments. Perici Calscione sostna illi hemm “id moħbija” u qal ukoll illi ħadd mit-tim tiegħu ma jgħaddi messaġġi dispreġġjattivi lejn kandidati.. Huwa hawnhekk alluda li hemm min mhux qed jieħu pjaċir mill-fatt li l-kampanja  sejra tajjeb. Mistoqsi mill-ġdid jekk hjux qed jirreferi għal Delia, Perici Calasione ċaħad.

Dan hu l-kontenut tal-ittra anonima li ntbagħtet lill-PN min xi ħadd anonimu dwar Alex Perici Calascione

 

Fid-dawl tal-mod kif aġixxa l-partit maħbub tagħna fil-konfront ta’ Dr. Adrian Delia wara allegazzjonijiet li saru dwaru, aħna t-Tesserati u l-Kunsilliera tal-PN għandha dritt inkunu nafu x’investigazzjoni qed issir fuq kandidat ieħor għat-tmexxija tal-PN, Dr. Perici Calascione.  

Minn dak li qrajt fil-blog tas-Sinjura Daphne Carunana Galizia, Dr. Perici Calascione huwa miżżewweġ fil-familja Pisani li għandhom il-maġġoranza ta’ l-ishma fil-Group Corinthia. Hu fatt magħruf li ftit inqas minn nofs l-ishma l-oħra jappartjenu lil kumpannija statali Libjana LAFICO. Huwa wkoll fatt internazzjonalment magħruf li din il-kumpannija hi tal-familja Gaddafi tant li fil-Bank of Valletta hemm maqbuda madwar €200,000,000 fi flus li ma jistawx jiġu rilaxxati iżda li jingħad li l-Group Corinthia juża bhala garanziji għall-proġetti li jagħmel. Barraminhekk, il-Corinthia ħabbru proġett u għamlu wkoll sejħa publika biex jinġabar investiment biex jiżviluppaw il-lukandi li għandhom fil-bajja ta’ San Ġorġ inkluża waħda li tirrikjedi bidla fil-permess minn lukanda għal appartamenti. Dan hu ta’ tħassib għaliex jekk Dr. Perici Calascione jkun Kap tal-Partit, Kap ta’ L-Oppożizzjoni kif ukoll futur Prim Ministru se jsib ma wiċċu, u f’wiċċ il-partit, kunflitt ta’ interess enormi.

Ninsab informat ukoll li Dr. Perici Calascione hu l-benefiċjarju ta’ kumpannija Future Investments Ltd li saret is-sid ta’ Fenici Insurance Agency (C21950) li min-naħa tagħha għandha 71% ishma f’kumpannija oħra Fenici Insurance brokers (C8873) u li wieħed mis-sieħba ta’ din il-kumpannija jinsab maħrub minħabba misapproprazzjoni  ta’ fondi tal-kumpannija. Din il-kumpannija ilha ma tippreżenta l-accounts tagħha sa mill-2012 meta dak iż-żmien kellha nofs miljun euro f’telf akkumulat.  

Fid-dawl ta’ dan qed nitlob lill-Kunsill Amministrattiv kif ukoll lill-Kummissjoni Elettorali sabiex jiftħu investigazzjoni immedjata qabel l-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt 2 ta’ Settembru sabiex ikun stabbilit jekk Dr. Perici Calscione għandux ikompli bl-elezzjoni peress li dawn il-fatti stabbilitu hawn fuq ma ddikjarhomx mal-kummissjoni, ma ddikjarhomx fid-dikjarazzjoni tal-assi, ma ddikjarhomx mal-gazzetti u lanqas magħna l-Kunsilliera u Tesserati.

Minnhabba t-tip ta' kampanja li qed nesperjenzaw din id-darba u l-attakki personali li qed isiru bejnietna n-Nazzjonalisti, ghalkemm Kunsillier fil-Kunsill Generali qed naghzel li ma niffirmax din l-ittra ghalkemm nifhem li l-kontenut taghha jehtieg li jkun ezaminat fid-dettall hafna.

Grazzi.

Nazzjonalist Dizappuntat

 

More in Politika