Fil-Baġit il-Ministru għall-Finanzi ħabbar illi l-pensjonanti se jkunu qed jingħataw żieda ta' €2 fil-ġimgħa jew inkella €8.66 fix-xahar. din iż-żieda tiġi lilhinn miż-żieda fil-COLA, jew iż-żieda ta' kull sena li tammonta għal €1.75 fil-ġimgħa.
Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar illi l-Gvern se jkun qed jgħolli l-massimu tad-dħul taxxabbli għal €13,200. Dan apparti li l-Gvern, kif kien diġa wiegħed, se joħloq fond biex minnu jitħallsu l-anomaliji li nħolqu tul is-snin. Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar illi l-Gvern se jkun qed jagħmel bi €11-il miljun f'dfawn il-ħlasijiet lil madwar 9,000 pensjonant. Fost dawn hemm ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Korpi fis-snin 70, pulizia u ħaddiema tal-eks Malta Electricity Board.
4,500 pensjonant se jaraw żidiet ta €200 fil-pensjoni tas-servizz. Dan filwaqt li l-Gvern se jkompli jagħti l-għotja ta' €300 lil kull pensjonant/a ta' 75 sena u aktar.