Baġit | 'Se jkun il-kuntratt li jirregola kirja privata'

...fost il-proposti f'White Paper li se jressaq il-Gvern fir-rigward tas-suq tal-kirjiet...

Kirjiet: White Paper dalwaqt għar-regolazzjoni tas-suq
Kirjiet: White Paper dalwaqt għar-regolazzjoni tas-suq

Il-Gvern se jkun qed iniedi 'white paper' b'punti li jagħtu gwida ċara u regoli għas-suq tal-kiri. Il-'white paper' għandha titħabbar fiż-żmien li ġej. Din se tkun qed titratta punti saljenti bħall-bżonn li kull kirja tkun b'kuntratt li jirregolaha, li kull kirja jkollha żmien minimu jew inkella żmien li ma jkunx qasir iżżejjed f'każi fejn għall-inkwilini l-proprjetà tkun ir-residenza prinċipali tal-persuna u Deposit Retention Scheme. 

Din l-iskema se tkun waħda li permezz tagħha ma jibqax lok għal abbużi fejn depożitu fuq kera tinżamm, anke jekk ma jkunx hemm raġunijiet validi għal dan. Fil-'white paper' il-Gvern qed jara wkoll li l-kuntratt jistipola mhux biss il-valur, imma kemm tista' togħla l-istess kirja u kif, matul il-perjodu li jkopri l-istess kuntratt. Il-'white paper' se tipproponi li tkun aktar faċli li jittieħdu passi kontra l-inkwilin meta dan ma jħallasx jew jagħmel ħsarat fil-proprjetà. 

Din il-'white paper' se tkun qed titressaq hekk kif għaddejja diskussjoni fil-pajjiż dwar il-prezzijiettal-kirjiet privati li għolew ħafna, f'ħafna każi b'aktar minn 100%. 

More in Politika