Adrian Delia, l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN, sostna li l-Baġit li għadu kif ressaq il-Gvern huwa nieqes mill-viżjoni u min ippjanar f'setturi kruċjali tal-ekonomija Maltija. Delia elenka numru ta' setturi illi fihom huwa qal li l-Gvern kien nieqes mill-viżjoni u mill-miżuri neċessarji.
Delia qal illi illum minflok middle class ġdida, għajta ta' Joseph Muscat fl-elezzjoni tal-2013, il-pajjiż qed jesperjenza faqar ġdid. Huwa jfakkar illi r-riforma fil-pensjonijiet ma ssemmiet qatt, filwaqt li ikkritika d-daqs taż-żieda fir-rigward ta' pensjonijiet. "X'mediċina ġdida tista' tixtri b'€2? iridu jieħdu d-djar tal-anzjani, dak qed jipproponi l-Gvern," sostna Delia għall-proposta baġitarja illi anzjani jistgħu, jekk iridu, jgħaddu lura l-post tal-Gvern tagħhom jekk ikunu qed jgħixu f'dar tal-anzjani.
Delia staqsa meta verament se jibda l-proġett tat-toroq imwiegħed mill-Partit Laburista, filwaqt li qal illi billi jinbnew it-toroq ma tkunx qed issolvi l-problema tat-traffiku."
Delia jgħid li fl-edukazzjoni il-pajjiż għandu kriżi u f'dan il-baġit reġġgħu kienu msemmijin proġetti li saru diġa.
Huwa staqsa wkoll jekk hemmx pjan għat-turiżmu, għall-enerġija alternattiva u għall-biedja u sajd. "Anke fuq il-kriminalità erba linji biss smajna."