Għalliema rrabjati għamlu kuntatt ma' dan is-sit u bgħattulna email li qed jirċievu numru ta' studenti. F'din l-email l-istidenti Universitarji qed jintalbu juru interess għal tagħlim ta' numru ta' suġġetti, fosthom il-Kimika, ix-Xjenza, il-Bijoloġija, l-ICT u Computer Studies fi skejjel sekondarji u Middle Schools. Din l-email qed tintbagħat personalment lil numru ta' studenti mill-Uffiċċju tar-Reġistratur f'isem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Hekk kif qed tinxtered il-kelma dwar din l-email numru ta' għalliema qed juru l-għadab tagħhom għall-fatt li studenti qed ikunu kostretti jagħmlu xogħol li għadhom lanqas biss huma kwalifikati għalih. Għalliema partikolari qalet lil dan is-sit li din hija 'ġennata u soluzzjoni li se tgħarraq sitwazzjoni diġà ħażina fl-iskejjel.'
Diversi għalliema qed iħallu messaġġi ta' rabja fuq Facebook, fosthom persuna li qalet hekk; "Dawn x'affarijiet huma? Minflok intejbu l-kundizzjonijiet tal-għalliema biex inħajru nies serji jidħlu...nibagħtu email lil studenti universitarji li mid-dehra mhumiex biss studenti tal-B.Ed, u nagħtu l-impressjoni li kulħadd jista' jagħmel xogħolna? Mela qed niġġennu? Ilħaqna l-qiegħ. U l-Union fejn hi????