Jasal it-tim tal-FBI f'Malta...illum tibda l-awtopsja fuq Caruana Galizia

L-FBI jingħaqdu mat-tim Olandiż u l-Forensika Maltija...l-PM jgħid li llum tibda l-awtopsja 

Jaslu it-timijiet tal-FBI Malta u tibda l-awtopsja...
Jaslu it-timijiet tal-FBI Malta u tibda l-awtopsja...

Illum mistenni jasal it-tim tal-Federal Bureau for Investigation (FBI) li se jkunu qed jgħinu fl-investigazzjoni dwar il-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, permezz ta' karozza bomba. Kien il-Gvern li talab l-għajnuna mill-FBI u dan minħabba li din għandha fost l-aqwa riżorsi biex isir l-istess investigazzjoni. 

Intant, illum mistennija tibda wkoll l-awtopsja fuq Daphne Caruana Galizia, kif irrimarka wkoll il-PM Joseph Muscat ilbieraħ filgħaxija waqt li kien qed jitkellem fil-programm Arena. 

Intant is-sit Maltatoday.com.mt żvela kif il-laptop ta' Caruana Galizia ġie relevat mill-karozza u li l-FBI mhux se tkun qed taħdem fuq is-sit fejn seħħet il-bomba. 

 

More in Politika