L-AD titlob li titlaqqa b'urġenza l-konvenzjoni kostituzzjonali
Carmel Cacopardo jinnota l-klima politika li żviluppat fil-pajjiż hija waħda negattiva u qed twassal għal 'ħsara rreparabbli'
More in Politika
Carmel Cacopardo jinnota l-klima politika li żviluppat fil-pajjiż hija waħda negattiva u qed twassal għal 'ħsara rreparabbli'
F’ konferenza tal-ahbarijiet dalgħodu, ic-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li l-AD tinnota l-klima negattiva li żviluppat fil-pajjiz wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Huwa qal li filwaqt li jifhem u japprezza li pajjizna għadda minn xokk u rabja, il-pajjiż ma jistax jibqa’ jinfena bi tfiegh ta’ tajn u akkuzi minn tribujiet politici mehdijin li jisparaw lil xulxin qisu m’hemmx għada. Huwa sostna li din il-klima qed twassal għal ħsara irreparabbli għar-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta, u iktar minn hekk, l-imminar ta’ istituzzjonijiet li diga` kienu dghajfa.
F’dan il-kuntest, AD tħoss li l-pajjiż għandu żewġ prijoritajiet importanti quddiemu. L-ewwel li min wettaq dan l-att atroci u viljakk jinqabad u jitressaq quddiem il-gustizzja mill-iktar fis. It-tieni prijorita` hija li b’mod immedjat, jitnieda tentattiv serju biex titfassal riforma konstituzzjonali mill-qiegħ li twassal ghal tisħiħ tabilħaqq tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’pajjizna.
Cacopardo qal li jaqbel mad-dikjarazzjoni ta’ Rosi Bindi c-chairperson tal-kumitat parlamentari anti-mafja Taljana li Malta għandha taħdem biex tagħlaq ix-xquq fl-operat tal-istituzzjonijiet tagħha biex il-kriminalita` organizzata ma jkollhiex l-ispazji biex topera.
“Hemm bzonn” sostna Cacopardo “li nibdew inharsu ‘l quddiem flok nehlu fl-ippuntar tas-subghajn li m’hu qed iwassalna mkien”.
Fid-dawl ta’ dan kollu, Alternattiva Demokratika thoss li wasal iz-zmien propizju biex fl-aħħar tiġi varata l-konvenzjoni fuq il-kostituzzjoni li ilha mwiegħda s-snin u li tlaqqa’ flimkien il-partijiet konċernati kollha partikolarment u mhux biss il-partiti rappreżentati fil-Parlament. Cacopardo ħabbar ukoll li AD se tagħmel kuntatt mal-Prim Ministru u l-kap tal-oppozizzjoni fost oħrajn, biex titlob li l-proċess jinbeda mill-iktar fis. Dan se tibqa’ tinsisti fuqu fil-jiem u gimghat li ġejjin u mhux se tistrieħ qabel dan il-process ta’ mportanza nazzjonali fl-aħħar jitnieda.
'Mill-kruha u d-dalma li waqghet fuq il-pajjiż bil-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia hemm bżonn li johrog il-ġid u tinbet it-tama. Il-ħid komuni għandu jiġi qabel kull pika partiggjana li spiċċat kielet il-fibra morali u etika ta’ dan il-pajji li tant inhobbu. Il-politika msejha li taghti messaġġ ċar li kapaċi togħla ‘l fuq mill-battibekki u toffri soluzzjonijiet fit-tul. Dan ikun l-aħjar mod li bih nfakkru b’gieħ lis-Sinjura Caruana Galizia li ħallset prezz qares għad-dritt tal-liberta` tal-espressjoni u s-sens ta’ rettitudni fil-ħajja politika u soċjali tal-pajjiż.'