Hekk kif ilbieraħ matul il-lejl iltaqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, li dan is-sit huwa infurmat li ddiskuta bosta temi fosthom dik li numru ta' Deputati mhux lesti jappoġġjaw aktar lil Adrian Delia, mas-sit illum.com.mt il-Kap tal-Partit Demokratiku u Membru tal-Oppożizzjoni Marlene Farrugia qalet li hi lesta li tkun il-persuna li fil-Parlament tressaq vot ta' sfiduċja kontra Adrian Delia. Fil-fatt, ma' dan is-sit hija indikat li lesta tgħaddi mozzjoni ta' sfiduċja kontra l-PM Joseph Muscat u anke l-kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
Tard ilbieraħ Farrugia tellgħet blogg ta' Daphne Caruana Galizia fuq il-paġna ta' Facebook tagħha u insistiet li dawn għandhom jirreżenjaw. Misotqsija minn dan is-sit jekk hix lesta tkun hi li tressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Parlament, Farrugia wieġbet fl-affermattiv u qalet li se tagħmel dan 'fil-mument opportun'.
Aqra wkoll it-talba ta' Marlene Farrugia għal vot ta' fiduċja
Aqra wkoll dwar kif dawk li ma jridux lil Delia huma inklinati li jagħżlu lil Simon Busuttil bħala Kap tral-Oppożizzjoni, mill-ġdid.