[Aġġornata] Tribunal isejjaħ 'abbużiv' li Buttigieg ma tħallietx tibqa tippreżenta 'Sellili' fuq il-PBS

...dan wara li hi kienet iddeċidiet li tikkontesta l-elezzjoni -  It-Tribunal ma jilqax it-talba għal kumpens

Id-deputat Claudette Buttigieg
Id-deputat Claudette Buttigieg

Tribunal iddikjara deċiżjoni meħuda mill-PBS fil-konfront ta' Claudette Buttigieg bħala 'abbużiva. Dan hekk kif kienet mwaqqfa milli tippreżenta il-programm Sellili hekk kif kienet ħabbret il-kandidatura tagħha mal-PN lura fl-2012. Il-PBS kienet ħadet din id-deċiżjoni fuq il-bażi li b'aktar airtime hi se tkun qed tingħata vantaġġ fuq kandidati oħrajn. 

Buttigieg fil-Protest Ġudizzjarju kienet qalet illi l-programm tagħha ma kellu ebda kontenut politiku u li kienet ilha snin f'karriera ta' xandir. Hija kienet iddiskreviet id-deċiżjoni tal-Bord Editorjali bħala wieħed 'arbitrarju' u 'bla bażi'. 

It-tribunal presedut minn Charmaine Galea, David Galea, David Fabri u Antoine Naudi, għalkemm sabu li d-deċiżjoni tal-PBS kienet abbużiva, ma laqgħux it-talba ta' Buttigieg għal kumpens.  

Il-PBS se jappella d-deċiżjoni 

Intant il-PBS, fi stqarrija ]abbar li se jkun qed jappella din id-deċiżjoni. "Il-PBS, filwaqt li tirrispetta l-konsiderazzjonijiet tat-Tribunal Amministrattiv, temmen li d-deċiżjoni tal-istess Tribunal tmur direttament kontra l-obbligi kostituzzjonali tagħha ta' imparzjalita' u bilanċ, u għaldaqstant ser tkun qed tappella din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Appell". 

 

 

 

More in Politika