Godfrey u Marlene b'mozzjoni kontra ż-żieda fil-ħinijiet tal-kaċċa fil-Park tal-Majjistral

Jitolbu li issir konsultazzjoni pubblika kif jitlob l-Att dwar l-Ambjent u jikkritikaw u jakkużaw lill-Minitru Herrera li qed jikser il-liġi 

Ir-Riżerva tas-Simar mal-Wied tal-Pwales li huma parti mill-Park tal-Majjistral
Ir-Riżerva tas-Simar mal-Wied tal-Pwales li huma parti mill-Park tal-Majjistral

Id-Deputati tal-Partit Demokratiku Godfrey u Marlene Farrugia se jressqu mozzjoni biex jitnaqqsu l-ħinijiet li fihom tista'; ssir il-kaċċa fil-park tal-Majjistral. Il-kaċċa f'dan il-park fin-naħa ta' fuq ta' pajjiżna, li apparti għelieqi u widien mill-isbaħ jinkorpora r-Riżerva tal-għasafar tas-Simar rat il-ħinijiet tal-kaċċa ivarjaw minn xejn, għal kaċċa sa mhux aktar tard mid-9:00 a.m. għal kaċċa sa mhux aktar tard mill-10:00 a.m. u issa għal kaċċa sa ferm aktar mill-10:00 a.m. tfakkar il-mozzjoni tad-Deputati tal-PD. 

Il-PD fakkar illi dan il-park huwa żona protetta fl-interess tal-pubbliku illi fiha jmorru ħafna nies li jieħdu pjaċir bil-ġmiel tan-natura, l-esperjenza ekoloġika, soċjo-kulturali u rikreazzjoni. L-istess Deputati ddeploraw id-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ambjent Josè Herrera u akkużawh illi kiser l-Att dwar l-Protezzjoni tal-Ambjent f'dak li jirrigwarda is-siegħat tal-kaċċa u insib fil-Park tal-Majjistral li kienu 'estensivament miżjudin'. 

Il-PD ifakkru li dan suppost isir, kif jgħid l-istess att, wara konsultazzjoni pubblika ta' mill-anqas erba' ġimgħat li tagħti lil persuni id-dritt li jitkellmu u juru ħsibijiethom dwar il-proposti. 

Din hija l-mozzjoni: 

L-Onor Dr Godfrey Farrugia u l-Onor Marlene Farrugia jipproponu:

Illi b’ referenza ghall-Avviz Legali numru 300 tal-2017 li jgib l-isem Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Kap 549) imqieghed fuq il-mejda tal-Kamra fit-30 t’ Ottubru, jirrizulta li l-iskeda tal-hin allokata ghall-kacca u l-insib fil-Park Naturali u l-Istorja tal-Majjistral ser tigi mizjuda bi ksur tal-istess ligi, meta hu fatt maghruf li l-ghanijiet ta’ dan il-park huma:

 a)Il-konservazzjoni, l-immanigjar u l-moniteragg tad-diversità bijologika skond kif jitolbu l-policies u titlob il-ligi.

b)Ir-rijabilitazzjoni ta’ inhawi li juru sinjal ta’ degenerazzjoni

c) Jitharsu l-ispeci tal-fawna u flora

d) Tigi kkontrollata kull attività li tista tkun ta’hsara ekologika

e) Jigu applikati mizuri li jharsu u jinfurzaw iz-zamma  tal-konservazzjoni tax-xtut u l-kosta

f) Jinghata aktar gharfien, taghlim u attivitajiet edukattivi

g)Iservi bhala post rikrejattiv u ta’ ezercizzju fejn wiehed igawdi l-berah u l-pajesagg.

 

Ninottaw li f’ din il-lokalita il-Park Nazzjonali ( 2.5 km kawdru) u ir-Rizerva tal-Ghasafar fl-Ghadira (0.6 km kawdru) huma l-unika zoni protetti li huma mmaniggjati u li jinstabu fil-konfini tal-lokalita tal-Mellieha. Din il-lokalita ghandha zona urbana kollettiva ta’ madwar 2.14 km kawdru u zona rurali (ODZ) li hi madwar 20.46 km kawdru. F’din iz-zona rurali nsibu kampanja li hi gawhra naturali ta’ pajjizna u li hi miftuha u mzejna b’ veduti ta’ bahar salvagg, bajjiet mramla, xtajtiet, irdumijiet, gholjiet, widien, raba saqwi u baghli, xaghri u meded ta’ art li ftit li xejn huma mittiefsa u li jharsu lejn Ghawdex u Kemmuna, u li fuq kollox huma inhawi li jgawdu arja friska, hemda u jghatu dak il-feel good factor ta’ identita u karattru ta’ pajesagg rurali Malti.

Ninnotaw li dan hu l-unika park fejn bis-sahha tal-ghanijiet imsemmija kull cittadin jista jgawdi esperjenza diretta  u interattiva tan-natura b’ mod hieles.

Nittotaw li fl-istess konfini ta’ din il-lokalita hemm zewg zoni, l-Mizieb u l-Ahrax tal-Mellieha, li huma mizmuma u definiti ghall-kacca u l-insib.

Filwaqt li ttiehed konsiderazzjoni li bl-amendi mposti b’ dan l-Att Legali, l-hin tal-kacca u nsib ser jitwal ghal hin ferm aktar mill-10.00 ta’ filghodu, ser jaghmilha aktar difficli biex il-poplu Malti jkun jistà jgawdi b’ mod hieles u b’ sigurtà l-Park Nazzjonali tal-Majjistral, meta dan l-istess hin fil-passat kien diga estiz minn l-ebda hin ghall-kacca u l-insib, ghal wiehed li jghalaq fid-9.00 ta’ filghodu u aktar tard maz-zmien kien regà gie mibdul ghal dak ezistenti jigifieri fl-10.00 ta’ filghodu.

Nirrikonoxxu li naqblu mat-tradizzjoni u d-diversita tal-kultura tal-insib u l-kacca tal-ghasafar  u l-fenek,  li filwaqt dejjem ghandhom jimxu mar-regoli imposti mill-ligi, dawn l-istess emendi proposti f’ dan l-Att Legali m’hu ser jitnaqqas xejn mid-drittijiet li l-kaccaturi u nassaba jgawdu, filwaqt li nirrikonoxxu li l-kumplament tas-socjeta Maltija, kif ukoll t-turisti li jzuruna, ser jitnaqqrilhom id-dritt li jedukaw ruhhom u jgawdu dan il-park naturali u ta’ storja kif wiehed jistenna.

Nosservaw il-fatt li investiment finanzjarju fil-Park biex nivalorizzawh ghal skopijiet  edukativi u turistici ma jghamilx izjed sens jekk fl-ahjar xhur u hin għaz-żjarat hemm il-preżenza tal-kaċċa u nsib.

Nosservaw li Artiklu 55(1) tal-istess ligi jezigi b’ mod esplicitu li qabel ma jinhareg avviz legali ta’ din ix-xorta l-Ministru tal-Ambjent jew l-Awtorita tal-Ambjent jew it-tnejn li huma, ghandhom isejhu konsultazzjoni pubblika qabel ma dan l-Avviz Legali jitqieghed fuq il-mejda tal-Kamra.

Ghaldaqstant qed jigi mitlub biex din il-Kamra tagevola l-korretezza legali li jistabilixxi l-istess Att u l-Ministru jieqaf milli jimponi decizjoni  u jqis il-bon sens, l-interess komuni, l-ghanijiet pubblici, s-sostenn ambjentali u s-sahha u l-kuntentizza tac-cittadini ta’ kull eta

 

 

More in Politika