Żidiet qawwija għall-lukandiera matul ix-xahar ta' Settembru

Żidiet fin-numru ta' nies li qagħdu fi stabbilimenti u żieda fl-iljieli matul l-aħħar xahar tas-Sajf 2017

Il-lukandi u stabbilimenti tal-akkomodazzjoni raw żieda qawwija ta' 12.5% fin-numru ta' persuni li qagħdu fl-istabbiliment matul Settembru li għadda. Apparti minn dan, l-istess lukandi u stabbilimenti raw żieda ta' 7.6% fin-numru ta' ljieli li l-istess turisti qattgħu fl-istabbilimenti. 

Fil-fatt, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru kif  l-ammont ta' turisti u persuni li qgħadu f'lukandi matul dan ix-xahar partikolari kien jgħodd għal 177,361 persuna bit-total ta' ljieli jitla' għal ftit inqas minn miljun, jew 957,765.

Il-lukandi ta' tliet stillel kienu l-aktar kategorija li raw żidiet, filwaqt li l-lukandi ta' erba' stillel kienu l-aktar li kkontribwew għan-numru totali ta' ljieli li qattgħu fihom it-turisti. 

Minn naħa l-oħra matul Settembru li għadda kien hemm tnaqqis fit-tul medju ta' kemm persuna qattgħet fl-istess stabbilimenti, bil-medja tinżel minn 5.6 iljieli, għal 5.6.

Fuq livell nazzjonali kien hawn b'kollox 188 stabbiliment ta' akkomodazzjoni f'pajjiżna. 
 

More in Politika