780,000 turist jasal Malta bi cruise sal-aħħar tal-2017
Koppja Taljana tirbaħ premju hekk kif tkun is-700,000 passiġġier li ġew Malta
More in Politika
Koppja Taljana tirbaħ premju hekk kif tkun is-700,000 passiġġier li ġew Malta
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tinnota bi pjaċir li sal-aħħar ta’ din is-sena, 780,000 turist se jkun wasal Malta permezz ta’ cruise ships.
Skont ċifri ppublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, is-sena 2016 kienet diġa’ waħda rekord għall dawn it-tip ta’ turisti. Total ta’ 682,222 passiġġier wasal Malta permezz ta’ cruise ship is-sena li għaddiet, li jfisser żieda ta’ 2% meta mqabbel mal-2015.
Apparti minn hekk, l-ammont totali ta’ passiġġieri rreġistrati fl-ewwel disa’ xhur tal-2017 kien 482,855, li jfisser żieda ta’ 7.6% fuq l-2016. Minn dawn, 72% kienu turisti li ġew minn stati membri tal-Unjoni Ewropea. L-ikbar żieda kienet reġistrata fis-suq Ingliż, li avvanza b’51,773 passiġġier.
Illum, żewġ biljetti tal-ajru ngħataw lil koppja Taljana li kienu s-700,000 persuni li ġew Malta permezz ta’ cruise ship din is-sena. Din il-koppja issa għandha inċentiv ieħor biex terġa’ tiġi Malta, din id-darba għal żmien itwal.
Hu u jitkellem waqt attivita’ għall-istampa organizzata fil-Valletta Cruise Port Terminal, Carlo Micallef, Chief Marketing Officer fl-MTA, qal li s-700,000 wasla hija tragward importanti għall-industrija Maltija tat-turiżmu, li llum diġa’ laħqet livell ta’ traffiku li snin ilum kien biss ħolma.
Micallef żied jgħid li l-industrija tal-cruises hija kontributur importanti għall-ekonomija Maltija, b’mod partikolari għan-negozji tal-Belt Valletta u z-zona tal-Port il-Kbir. Apparti li dawn it-turisti jonfqu l-flus, jkunu jistgħu jaraw ukoll dak li għandha x’toffri l-Belt Kapitali Maltija. Ħafna drabi, viżitaturi jtellgħu rirtatti fuq siti soċjali, u dan iservi ta’ riklam. Minbarra dan, dawn it-tip ta’ turisti għandhom tendenza jitkellmu b’mod pożittiv dwar Malta meta jkunu lura f’pajjiżhom.
Il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu,Konrad Mizzi, uża l-kliem ‘new milestone’ biex jiddeskrivi l-kisba ta’ llum. Qal li l-Gvern huwa kommess li jkompli jaħdem mal-Valletta Cruise Port biex jiżgura li dak li għandha x’toffri Malta jkun kompetittiv u li l-porodott Malti jitjieb b’mod kontinwu.
Il-Malta Cruise Network se tkompli taħdem bla waqfien biex ittejjeb l-esperjenza ta’ dawk li jżuru Malta. In-Network qed tikkollabora mal-Grand Harbour Regeneration Corporation, Transport Malta, Heritage Malta u l-Pulizija Maltija.