Fi stqarrija l-Gvern ħabbar illi llum irreġistra kumpanija ġdida taħt l-isem Malta Air Travel Limited b’kapital awtorizzat ta’ €70 miljun.
L-objettiv tal-Gvern għal din il-kumpanija l-ġdida, li bil-liġi jrid bilfors ikollha ċertifikat tal-operat fl-ajru, huwa li tkun propjetarja tal-islots f’ajruporti varji. Fl-istess ħin din il-kumpanija tal-Gvern qed tobbliga ruħha permezz ta’ kuntratt sabiex l-Air Malta tibqa’ topera dawn l-islots b’tariffa kummerċjali maqbula għall-perjodu fit-tul.
Din l-istrateġija tappoġġja l-għan tal-Gvern li jittrasforma lill-Air Malta bħala l-linja tal-ajru tal-Mediterran.