Delia: 'Illum ħallasna €190,000 lil Vitals Global Healthcare u għalihom ma ħadna xejn'

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jistaqsi għalfejn il-Gvern għażel kumpanija li qatt ma kellha esperjenza fis-saħħa biex tmexxi tliet sptarijiet...

Adrian Delia fil-Parlament | Ritratt DOI
Adrian Delia fil-Parlament | Ritratt DOI

“Illum ħallasna €190,000 lill-Vitals Global Healthcare u ma ħadna xejn tagħhom, ilbieraħ ukoll u l-istess għada u pitgħada. Sewwa qalilna l-Ministru Chris Fearne ‘this is the real thing’ (il-ftehim ma' Steward Healthcare), ara ta qabel kien dahqa fil-wiċċ.” Hekk sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia meta kien qed jitkellem dwar il-kuntratt ta’ Vitals Global Healthcare u l-bejgħ tal-istess sptarijiet fil-Parlament ilejla. 

Delia staqsa jekk l-isptarijiet inbiegħux minħabba d-Direttiva tal-UE kontra l-Ħasil tal-flus li se tkun qed tobbliga lil kull sid ta’ kumpanija u/jew trust ikunu pubbliċi.

“Mela trasferejna l-art u l-Gvern biegħ kollox għal ewro wieħed biss...u l-kumpanija riedu jagħmlu l-investiment. Sal-lum dan l-investiment li kellu jsir ma sarx,” sostna Delia li kompla jgħid illi “il-kampus ta’ Barts ma sarx, is-sodod f’Karin Grech ma sarux, San Luqa ma sarx. Mela dak in-negozju falla,” qal Delia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni allega illi dan il-proġett kien magħmul “biex ifalli, biex xi ħadd jagħmel il-flus.”

Delia staqsa għalfejn il-Gvern għażel lil xi ħadd li qatt ma mexxa sptar jew għallinqas klinika u reġa staqsa jekk il-kuntratt sarx biex xi ħadd jimla l-but.

Intant aqra x'qal il-PM Joseph Muscat u l-Ministri Konrad Mizzi u Chris Fearne hawnhekk

Ara x'qalu d-Deputati Għawdxin dwar dan l-investiment mal-VGH hawnhekk.

Ara x'qal l-eks kap tal-PN Simon Busuttil dwar Ram Tumuluri

More in Politika