Graffiti: 'Il-Labour kompla fejn ħalla l-PN fuq il-privatizzazzjoni'
Il-Moviment Graffiti jiftaħ il-kanuni kollha fuq numru ta' entitajiet li ġew privatizzati u jitlob investigazzjoni....
minn Albert Gauci Cunningham
Il-Moviment Graffitti huwa 2allarmat għall-mod kif l-assi pubbliċi u l-art pubblika qed jingħataw lill-kumpaniji privati permezz ta’ ftehimiet li ma huma xejn ħlief serq ta’ riżorsi pubbliċi. Dawn il-ftehimiet xejn trasparenti qegħdin jikkompromettu d-dritt tan-nies li jkunu jaf x’qed jiġri bil-propjetà pubblika, id-drittjiet tal-ħaddiema, is-servizzi tas-saħħa u l-kwalità tal-ambjent tagħna."
Il-Moviment Graffiti fi stqarrija sostna illi "issa huwa ċar li l-amministrazzjoni Laburista qiegħda tkompli fuq il-passi tal-Partit Nazzjonalista fir-rigward ta’ ftehimiet suspettużi mas-settur privat li jbiegħu uħud mill-iktar assi importanti ta’ Malta. Fost l-assi li ngħataw mill-amministrazzjoni tal-PN permezz ta’ dawn il-ftehimiet nsibu l-Mid-Med Bank, l-Enemalta Petroleum Division, il-Maltacom u t-tarzna, kif ukoll art fil-Kalkara li ngħatat għall-ingann ta’ SmartCity, Manoel Island u Tigne Point, Portomaso u Fort Chambray. L-amministrazzjoni Laburista kompliet timxi fuq dan il-mudell u, tul dawn l-aħħar snin, mexxiet numru ta’ privatizzazzjonijiet li ma jagħmlux sens."
Fost l-assi li ngħataw mill-amministrazzjoni tal-PN permezz ta’ dawn il-ftehimiet nsibu l-Mid-Med Bank, l-Enemalta Petroleum Division, il-Maltacom u t-tarzna, kif ukoll art fil-Kalkara li ngħatat għall-ingann ta’ SmartCity, Manoel Island u Tigne Point, Portomaso u Fort Chambray Moviment Graffiti
"L-hekk imsejħa “American University of Malta” (AUM) ingħata siti ta’ valur, inkluż art naturali fiż-Żonqor, f’isem it-tisħiħ tas-settur edukattiv, anki jekk din hija Università privata għall-użu esklussiv tas-sinjuruni globali. Din hija ta’ kumpanija li m’għandha ebda esperjenza fl-edukazzjoni u li lanqas qed jirnexxilha tattira studenti. Is-sit tal-ITS ġie trasferit għand Silvio Debono għal ċuċata - €15-il miljun. Fuq dan is-sit qed ikun propost proġett mostruż li se jkollu impatt negattiv ferm fuq ir-residenti f’dawk iż-żoni. Mill-bejgħ t’appartamenti biss, Silvio Debono mistenni jdaħħal iktar minn €200 miljun."
Hija wkoll ta’ tħassib kbir il-privatizzazzjoni li qed issir fis-settur tas-saħħa pubblika. Il-Vitals Global Healthcare (VGH), kumpanija suspettuża bla ebda esperjenza fis-saħħa, ġiet mogħtija tlett sptarijiet permezz ta’ kuntratt li ma tpoġġhiex għall-iskrutinju pubbliku Moviment Graffiti
"Hija wkoll ta’ tħassib kbir il-privatizzazzjoni li qed issir fis-settur tas-saħħa pubblika. Il-Vitals Global Healthcare (VGH), kumpanija suspettuża bla ebda esperjenza fis-saħħa, ġiet mogħtija tlett sptarijiet permezz ta’ kuntratt li ma tpoġġhiex għall-iskrutinju pubbliku. Il-Gvern huwa mistenni jħallas biljuni ta’ ewro lil din il-kumpanija, u l-kumpanija hija obbligata tagħmel xi investiment fl-isptarjiet li qed tmexxi. Il-mistoqsija hi – għaliex l-Gvern ma setgħax jagħmel dan l-investiment hu stess, minflok jagħti biljuni lil kumpanija privata?" jistaqsu tal-Graffiti.
Il-Moviment Graffitti jgħid li hawn bżonn urġenti ta’ politika differenti – politika li tpoġġi l-ġid tan-nies, u mhux l-elite ta’ sinjuri, bħala l-ewwel prijorità tagħha. Din il-politika ta’ privatizzazzjoni-akkost-ta’-kollox hemm bżonn li tieqaf. Ftehimiet eżistenti għandhom jiġu investigati u, possibbilment, mreġġa’ lura.