Il-bdoti japprovaw il-ftehim kollettiv

Il-ftehim kien intlaħaq bħal-lum ġimgħa ilu u kien jonqos li l-bdoti japprovawh

90% tal-bdoti approvaw il-ftehim kollettiv il-ġdid li kien maqbul bejn il-unjin l-ALPA, l-Air Malta u l-Gvern.

Il-ftehim kien intlaħaq bħal-lum ġimgħa ilu u kien jonqos li l-bdoti japprovawh.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi sostna li bil-ftehim il-ġdid, il-linja nazzjonali tal-ajru se tkun f’pożizzjoni li żżid mal-1,500 titjira ġdida hekk kif il-bdoti se jkunu qed jaħdmu aktar sigħat.

Qal li jinsab kburi li l-Air Malta laħqet qbil fuq ħames ftehimiet kollettivi u li se jwasslu biex issir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.

Għadhom mhux magħrufa d-dettalji ta’ dan il-ftehim.

More in Politika