Il-PD jerġa' jisħaq fuq investigazzjoni tal-konċessjoni tal-isptarijiet

Marlene Farrugia tikteb lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fil-Parlament 

Id-Deputat Parlamentari Marlene Farrugia f’isem il-Partit Demokratiku kitbet lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi sabiex turi l-appoġġ tal-PD għat-talba tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius biex dan il-kumitat jinvestiga l-konċessjoni ta’ tliet sptarijiet lil Vitals Global Healthcare.

Il-Partit Demokratiku jinnota li jekk huwa minnu li kien hemm ‘memorandum of understanding’ sitt xhur qabel l-iffirmar tal-konċessjoni, allura l-ftehim jikser ir-reġolamenti.

F’ittra lill-Kumitat, Marlene Farrugia tfakkar ukoll li l-PD għamel talba sabiex jiġi investigat ftehim ieħor dwar Smart City.

Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku sostna li issa ilu jesprimi t-tħassib tiegħu għall-mod kif ingħtat il-konċessjoni lil Vitals Global Healthcare u saħaq li l-Awditur Ġenerali għandu jinvestiga l-proċess u t-trasferiment tal-konċessjoni minn Vitals lil Steward Healthcare.

More in Politika