Fil-ġurnata illi matulha normalment tkun iċċelebrata l-Festa ta' San Pawl (din is-sena l-festa ta' San Pawl se ssir nhar is-27 ta' Jannar) se jkollok raġuni tajba għalfejn tidħol il-Belt Valletta, jekk inti dilettant tal-futbol, speċjalment tat-Tazza tad-Dinja. Nhar l-10 ta' Frar it-Trofew tat-Tazza tad-Dinja, għal ftit mumenti u fi triqtu lejn ir-Russja, se jkun esebit fil-binja l-ġdida tas-Suq tal-Belt, fi Triq il-Merkanti.
Flimkien mat-trofew li mistenni jiġbed mijiet ta' nies li jħobbu dan it-turnew, se jkun hemm l-eks plejer tal-futbol Franċiż Christian Karembeu li lagħab ma' diversi tims, fosthom mar-Real Madrid, Olympiacos, Sampdoria u Middlesbrough.
It-tazza tad-dinja se tibda f'Ġunju li ġej u se tkun organizzata r-Russja.