L-edukaturi fl-MCAST ġew ipprojbiti milli jipproċedu b'azzjonijiet industrijali, inkluż żewġ strajks, hekk kif l-MCAST fetħet mandat kontra l-MUT. Il-Qorti laqgħet din it-talba u allura l-azzjonijiet industrijali kellhom ikunu sospiżi sakemm il-Qorti tiddeċiedi fuq il-każ...
"Huwa manifestament ċar li din hija azzjoni biex il-unjin jagħlqulha ħalqha u ma titħalliex tagħmel xogħolha fl-interess tal-membri. Apparti minn hekk dan huwa l-agħar messaġġ possibbli kemm lill-istudenti u anke lill-għalliema li jivvalutaw il-libertà tal-assoċjazzjoni u d-dritt fundamentali li timmanifesta dak li tħoss permezz ta' għaqda li tirrapreżentak." Hekk sostna l-President tal-MUT Marco Bonnici, dalgħodu meta kien qed jitkellem quddiem il-binja tal-MCAST.