Irtirata t-tilwima industrijali bejn il-Gvern u l-MUMN

....Il-Ministeru għas-Saħħa u l-MUMN jilħqu qbil dwar ir-roster fl-Isptar ta' Għawdex

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, se tkun qed tirtira tilwima industrijali li rreġistrat mal-awtoritajiet tas-saħħa dwar roster ġdid għall-infermiera f’Għawdex.

Din it-tilwima industrijali ġiet irtirata wara ftehim li ntlaħaq waqt laqgħa li saret bejn il-Ministeru għas-Saħħa, l-MUMN u l-managment tal-Isptar ta’ Għawdex. Minbarra l-kwistjoni dwar ir-roster, fil-laqgħa ġew ukoll diskussi temi oħra bejn il-partijiet konċernati.

 

More in Politika