L-Air Malta b'żieda fil-passiġġieri fl-aħħar tliet xhur

Din tissarraf f’żieda ta’ 21% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Ċifri preliminari juru li l-linja nazzjonali tal-Air Malta se tkun ġarret aktar minn 328,000 passiġġier bejn Novembru u Jannar ta’ din is-sena.

Din tissarraf f’żieda ta’ 21% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Matul dan il-perjodu, l-Air Malta għamlet 1,050 titjira.

Xahar fuq xahar minn Novembru, l-Air Malta irreġistrat żieda fil-passiġġieri, li jammontaw għal 18% f’Novembru u 24% f’Diċembru.

L-Air Malta qed tbassar li se ġġorr aktar minn 97,400 passiġġier f’Jannar, jew żieda ta’ 22% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Iċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion sostna li din hija lewwel darba wara ħafna snin li l-Air Malta rreġistrat tkabbir sostanzjali bħal dan xahar fuq xahar fix-xitwa.

Min-naħa tiegħu, l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-linja nazzjonali tal-ajru bdiet strateġija ta’ tkabbir u dawn ir-riżultati juru li tikseb riżultat ta’ ‘breakeven’ sal-aħħar ta’ Marżu.

More in Politika