Raġel b'mutur f'kundizzjoni gravi wara ħabta
...l-aċċident seħħ iktar kmieni illum f'Gwardamangia
More in Politika
...l-aċċident seħħ iktar kmieni illum f'Gwardamangia
Illum, għall-ħabta tal-11:00 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Luqa, Gwardamanġa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Reiju Marathon 125, misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħal Balzan u karozza tat-tip Volkswagon Jetta, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena li joqgħod iż-Żurrieq. Fuq il-mutur kien hemm ukoll riekeb raġel ta’ 43 sena, residenti tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel li kienu fuq il-mutur, l-Isptar Mater Dei għall-kura neċċessarja. Iktar tard, ir-raġel ta’ 52 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel ta’ 43 sena għadha mhux magħrufha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja