Il-Kelliem tal-PN għal Għawdex Chris Said sostna illi bid-dewmien fil-proġett fl-isptar ta' Għawdex l-investiment tal-iskola ta' Barts qed ikun ipperikolat.
Fil-fatt, il-proġett tal-iskola kellu jkun lest u miftuħ għall-istudenti ta' Barts sa' Settembru li għadda. Minflok ix-xogħol tal-bini għadu ma bediex u x-xogħol tal-kostruzzjoni, kif żvelat il-gazzetta ILLUM, jinsab wieqaf.
Dan hekk kif il-kuntratturi waqfu jaħdmu fuq il-proġett minħabba nuqqas ta' ħlas mill-Vitals Global Healthcare. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne insista ma' din il-gazzetta li l-proġett se jkun lest sas-Sajf li ġej.
Said sostna illi l-fatt li l-VGH kisret il-kundizzjonijiet tal-kuntratt mhux qed jgħidu hu, imma qed jurih dak li qalu l-Gvern u l-VGH stess meta ntrabtu li jlestu l-iskola ta' Barts sal-aħħar tal-2017 u l-isptar kollu, b'450, sodda sa' Mejju ta' din is-sena.
Said staqsa għalfejn il-Gvern ma ħax lura l-isptarijiet quddiem ksur ċar tal-kuntratt minn VGH. Huwa qal ukoll li l-PN mhuwiex kontra l-privatizzazzjoni, imma huwa kontra l-privatizzazzjoni tal-unika sptar fil-gżira Għawdxija.
Flimkien ma' Said kien hemm preżenti wkoll id-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi