Niġerjan akkużat bi traffikar tad-droga jaħrab minn Malta imma jinqabad fl-Italja

Ir-raġel kien arrestat fl-Italja wara li 'nħariġlu mandat t'arrest Ewropew...

Raġel Niġerjan li ħarab minn Malta biex jevita ġuri dwar traffikar tad-droga eroina li qed jiffaċċja f'pajjiżna, inġieb lura Malta wara li kien arrestat fl-Italja. 

Kenneth Dulu ta' 41 sena kellu jiffaċċja akkużi ma' Niġerjan ieħor, Theophilus Nwadike, fuq konfoffa biex jittraffikaw l-eroina lejn Malta fl-2010. Malli kellu jibda jinstema' l-ġuri iżda, dawn iż-żewġt'irġiel ħarbu mill-pajjiż. 

Duru kien arrestat fl-Italja wara ħareġ mandat t'arrest Ewropew kontrieh. Nwadike wkoll huwa mifhum li jinsab l-Italja. 

Il-każ qed jidher quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. 

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Assistent Kummissarju Dennis Theuma. filwaqt li l-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher gġħall-akkużati. 

 

More in Politika