L-Italja u r-Renju Unit; l-aktar destinazzjonijiet popolari mal-Maltin fl-aħħar tal-2017

Dawk li żaru pajjiż barra l-Unjoni Ewropea żdiedu b'34.3%...u l-Maltin li siefru jiżdiedu b'16.6%

Fintana Di Trevi f'Ruma
Fintana Di Trevi f'Ruma

L-ammont ta' Maltin u persuni li siefru bejn Ottubru u Diċembru li għadda kien ta' 160,416, li timmarka żieda ta' 16.6% meta mqabbel mal-istess perjodu, s-sena ta' qabel. 

Il-vjaġġi lejn pajjiżi li huma barra l-Unjoni Ewropea żdiedu b'34.3%, madanakollu l-aktar destinazzjonijiet popolari baqgħu l-Italja u r-Renju Unit, hekk kif kważi 50% tan-nies kollha li siefru matul dawn ix-xhur żaru dawn iż-żewġ pajjiżi. 

It-total ta' ljieli li qattgħu barra minn pajjiżna t-turisti Maltin żdiedu b'13.1%, biex qabżu l-miljun lejl.

 

 

More in Politika