Minn għada tibda t-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa

Għada bejn is-6:00 am u t-8:30 am se jkunu magħluqin partijiet minn Triq Aldo Moro

Għada filgħodu, il-kuntrattur se jibda jħejji s-sit, Triq Aldo Moro, għat-tieni fażi tal-proġett tal-Marsa.

Il-kuntrattur se jkun qed juża tlett korsiji minn Triq Aldo Moro għada filgħodu bejn is-06:00 u t-08:30.  F’dawn il-ħinijiet, it-traffiku se jgħaddi minn korsija waħda.

Transport Malta qed tappella lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu, jsegwu t-tabelli temporanji u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.

Fit-tieni fażi tal-proġett, li se tibda fil-ġimgħat li ġejjin, il-kuntrattur se jwessa’ parti minn Triq Aldo Moro u se jagħmel xogħol fi Triq il-Gvern Lokali.  Matul din il-fażi, il-kuntrattur se jibni wkoll numru ta’ kanali għas-servizzi.

 

Din hija fażi oħra importanti fil-proġett tal Marsa Junction, proġett li ser itejjeb bil-kbir l-effiċjenza tal-iktar junction użata f’pajjiżna.

 

More in Politika