Referendum ieħor fuq il-kaċċa? Il-Birdlife tgħid li tinsab 'taħt pressjoni'

Is-Segretarju Ġenerali ta' Birdlife Saviour Balzan jgħid li referendum ieħor illum jagħti riżultat differenti minn dak tal-2015...

Il-Birdlife qed tikkunsidra l-possibilità ta' referendum ieħor dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa. Dan hekk kif qed tinsisti li l-Gvern qed jinjora l-informazzjoni xjentifika dwar din il-kwistjoni li kienet ukoll mressqa quddiem l-elettorat f'referendum lura fl-2015. 

"Il-Gvern qed jagħmel minn kollox biex jakkomoda lill-kaċċaturi, hekk kif id-deċiżjoni tal-Kumitat Ornis jaħbat mal-migrazzjoni tal-gamiema, speċi protetta fl-Ewropa." 

Hekk sostniet il-Birdlife dalgħodu f'konferenza illi matulha irreaġixxiet għall-aħbar ippublikata ilbieraħ illi l-Kumitat Ornis qed jirrakkomanda li l-istaġun tal-kaċċa din ir-Rebbiegħa jiftaħ nhar il-5 ta' April li ġej. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Birdlife Malta Mark Sultana qal li l-Gvern jinteressah biss mill-kaċċaturi u mhux mill-għaqdiet non-governattivi. Huwa spjega kif dan mhuwiex ġust.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Birdlife Saviour Balzan sostna li referendum ieħor illum probabilment jagħti riżultat differenti minn dak tal-2015. Balzan qal illi din id-darba l-għaqda se tkun aktar attenta speċjalment fid-dawl tal-fatt li, skontu, fil-pajjiż bħalissa l-ebda mexxej politiku mhu qed jirrapreżenta l-interessi tal-ambjent. 

Il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Birdlife...fiha indikata l-possibilità ta' referendum ieħor fuq il-kaċċa
Il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Birdlife...fiha indikata l-possibilità ta' referendum ieħor fuq il-kaċċa
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-IVA fit-toroq
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-IVA fit-toroq

Il-kaċċaturi rebħu referendum illi staqsa jekk għandhiex titkompla l-kaċċa fir-Rebbiegħ bi ftit aktar minn 2,200 vot. Fil-fatt il-front 'IVA' favur il-kaċċa kiseb 126,434 vot filwaqt li l-front kontra l-kaċċa kisbu 124,214-il vot. 

 

 

More in Politika